L-ISIS ħareġ audiotape li jghid li kien irrekordjat minn Abu Bakr al-Baghdadi, il-Mexxej tal-istess entita terroristika li ħatfet u okkupat l-artijiet fl-Iraq u fis-Sirja.
Din l-aħbar ingħatat jiem wara r-rapporti li Baghdadi kien ‘inqatel’, u b’rapporti oħra preċedenti jtennu li hu, fil-fatt, kien ‘spiċċa midrub’ fl-Iraq.
Il-korrispondenti qed jgħidu li r-recording ta’ Baghdadi jidher awtentiku u jemmnu wkoll li sar riċentement. Hemm anki analisti li jemmnu li ‘l-messaġġ’ hu intiż biex jirribatti r-rapporti dwar il-qtil ta’ Baghdadi.
Skont l-analisti, it-ton tal-messaġġ ‘ta’ Baghdadi’ hu tipikament aggressiv u fejn, fost oħrajn, isejjaħ biex il-militanti u s-sostenituri tal-ISIS ‘iqajjmu l-vulkani tal-jihad (gwerra qaddisa) madwar id-dinja’.
Dan wara li r-rapporti ta’ jiem ilu qalu li l-Kap tal-ISIS kien inqabad f’raid tal-qawwiet tal-ajru Amerikani li seħħ qrib il-belt ta’ Mosul, fl-Iraq.
Intant, ir-recording, li hu twil 17 il-minuta, ma jagħmel l-ebda referenza għal dan l-attakk, għalkemm jirreferi għal xi żviluppi li seħħew minn dakinhar ‘il hawn — fosthom id-deċiżjoni tal-President Amerikan, Barack Obama, biex jistazzjona mal-1,500 truppi addizzjonali fl-Iraq.
//= $special ?>