Tħassib fl-Istati Uniti hekk kif tip ta’ parassita li jixrob id-demm tal-bnedmin waqt li jkunu reqdin qed ixerred marda bl-isem ta’ Chagas. Dan l-insett diġa’ infetta mat-300,000 persuna fl-Istati Uniti b’din il-marda li qed titqies bħala l-AIDS il-ġdida.
Jirriżulta li l-insett, minbarra li jigdem u jixrob id-demm tal-bnedmin, iħalli wkoll il-ħmieġ tiegħu fuq il-ġilda. Meta l-persuna imbagħad iħokk il-gidma, mingħajr ma jaf jispiċċa jħallat il-ħmieġ tal-insett mad-demm.
Is-sintomi ta’ din il-marda ma jidhrux mill-ewwel u persuna nfettata jaf iddum ġimgħat jew xhur biex tinduna li hu marida. Imma ftit ftit u fuq perjodu li jista’ jlaħħaq saħansitra l-għoxrin sena, il-persuna nfettata tibda tinnota li l-organi tagħha qed jiddeterjoraw sakemm finalment jieqfu jaħdmu. 30% tal-persuni affettwati jispiċċaw imutu b’attakk tal-qalb.
Fost is-sintomi ta’ din il-marda hemm id-deni, għejja, uġiegħ ta’ ras, raxx, nuqqas t’aptit, diarrhea u remettar.
//= $special ?>