Il-leġġenda tal-futbol Pele’ ġie rikoverat fi sptar f’Sao Paolo minħabba problemi fl-istonku. L-eks internazzjonali Braziljan, li illum għandu 74 sena, ħassar impenji uffiċjali li kellu skedati f’Santos fl-aħħar sigħat.
Pele’ qed jingħata l-kura fl-Isptar Alber Einstein fejn qed jingħad li l-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu mhix waħda kritika, għalkemm rapporti mill-Brażil qed jindikaw li l-pajjiż kollu jinsab f’ansjeta’ biex isegwi l-iżviluppi li jista’ jkun hemm.
//= $special ?>

