Lokali

Periklu abbord minibuses ħomor li qed jintużaw għat-trasport pubbliku sakemm tasal il-kumpanija l-ġdida minn Spanja

Hekk kif il-pubbliku bħalissa għadu qed jistenna lill-kumpanija Spanjola li se tkun qed tipprovdi s-servizz pubbliku f’pajjiżna, s’issa għadna qed naraw numru ta’ vetturi li qed jintużaw wara t-tluq tal-Arriva minn Malta. Fost oħrajn, qed jintużaw numru ta’ minibuses ħomor ta’ diversi kumpaniji privati.

Dan ir-ritratt, mibgħut minn qarrejja ta’ MaltaRightNow.com juri kif dawn il-vetturi mhumiex adattati biex jintużaw għat-trasport pubbliku. F’dan il-każ, bħala uħud oħrajn li jiġu rappurtati minn żmien għall-ieħor, il-minibus tidher li għandha l-bieba ma tingħalaqx sew, tant li bdiet tinfetaħ mal-iskossi. Dan iwassal għal riskju ta’ periklu serju għall-passiġġieri.

Ironikament, dan il-minibus partikolari kien qed jintuża’ biex iwassal lill-passiġġieri lejn l-Isptarijiet Mater Dei u San Luqa. Ironikament ukoll, dakinhar li ttieħed ir-ritratt, seħħ inċident abbord coach li kien qed jintuża’ għall-istudenti biex jitwasslu d-dar mill-iskola. Dakinhar, it-tfajla ta’ 15-il sena minn Marsaskala kien sofriet feriti gravi wara li għal xi raġuni nfetħet il-bieba tal-emerġenza tal-coach u waqgħet għat-triq.

Incident Tifla Taqa Coach Zejtun 111114