Investigazzjoni mill-FIFA li damet għaddeja sentejn ma sabet l-ebda ħtija ta’ korruzzjoni minn naħa tal-Qatar sabiex ingħataw l-organizzazjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022.
Il-konklużjonijiet ħarġu minn rapport illi juri li minkejja ħjiel ta’ “kondotta mhux xierqa” minn xi individwi, il-proċess tal-kandidatura ma ġiex influwenzat ħażin.
Minn dan ir-rapport, intefa’ ukoll dawl ikrah fuq l-FA Ingliża u l-kandidatura tal-Ingilterra biex jieħdu t-tournament tal-2018. Fost l-oħrajn, jingħad illi ħabib tal-eks Viċi President tal-FIFA kien ingħatalu impjieg fir-Renju Unit.
//= $special ?>

