Raġel weġġa’ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu f’Ħal Qormi. Jirriżulta li l-inċident seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tal-10am meta għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq u ntlaqat minn karozza li kienet għaddejja fl-istess direzzjoni.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna medika lir-raġel fil-post. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, bl-Ambulanza tiġi skortata minn Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku.
Meta MaltaRightNow.com staqsa lill-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pulizija għal aktar informazzjoni, ġejna mwieġba li ma kien hemm l-ebda rapport dwar l-inċident. Madankollu, rapporti fil-media ftit tas-sekondi wara qalu li r-raġel sofra feriti serji f’saqajh kawża tal-inċident.
//= $special ?>