Ġnien pubbliku li jinsab qrib istituzzjoni edukattiva f’Raħal Ġdid qed jispiċċa użat minn xi persuna jew persuni mhux magħrufa u li jabbużaw mid-droga. Madankollu, minkejja diversi rapporti li l-ġnien qed ikun mimli siringi, ħadd għadu ma għamel xejn biex dawn jitneħħew u tiżdied is-sigurtà fil-post.
Dawn ir-ritratti juru s-siringi mormija fi Ġnien Gaddafi, li jinsab faċċata tal-MCAST f’Raħal Ġdid. Kif jidher ċar mir-ritratti, dawn is-siringi jistgħu faċilment jintlaħqu minn kulmin ikun għaddej, fosthom xi tfal, li normalment jiffrekwentaw ukoll dan il-ġnien pubbliku.
Mhux magħruf x’wassal biex dawn is-siringi baqgħu ma tneħħewx, minkejja li ilhom jiġu rappurtati għal dawn l-aħħar jiem.
//= $special ?>