Raġel ta’ 28 sena, imwieled Zimbabwe, mar sitt ħabs ammetta li kkommetta 19-il serqa minn kmamar ta’ żewġ lukandi. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Marseann Farrugia, qalet li minkejja li kemm il-darba Stephen Priviledge Mipimhidzi ingħata ċ-ċans li jirrabilita’ lilu nniffsu, huwa qatt ma tgħallem jew ta każ.
Mipimhidzi, li joqgħod mal-ġenituri li jiffoserjawh ammetta li seraq minn diversi kmamar tal-lukandi St Paul’s Hotel, li tinsab fi Triq it-Turisti uTopaz Hotel , li qiegħda fi Triq il-Mistrieħ. Dan is-serq seħħ bejn Mejju u Awwissu tal-2008.
Minn dawn il-kmamar huwa seraq telefones ċellulari, video recorders, ipods u MP3 players, flimkien ma’ flus kontanti u iphone. Il-Maġistrat Marseann Farrugia semgħet ix-xhieda tal-uffiċjal tal-probation jgħid fil-Qorti kif Mipimhidzi kien mar il-ħabs fl-2008, u li kien irriforma ruħu.
Huwa kien beda jirriforma ruħu u temm programm għar riabilitazzjoni ta’ kontra d-droga. Beda wkoll kors ta’ erba’ snin fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi.
Madankollu, sakemm il-każ tiegħu dwar is-serq kien instema’, huwa kien reġa’ lura għall-vizzji koroh l-antiki, u li telaq mid-dar tal-Foster Parents tiegħu mingħajr lanqas biss avżahom u li huwa tilef kull kuntatt mal-uffiċjal tal-proabtion.
Il-Qorti nnutat li f’eta’ daqstant tenera, Mupimhidzi kellu 10 reati li tagħhom instab ħati, sitta minnhom relatati ma’ serq u oħrajn li jinkludu feriti gravi u ħfief.
Il-Maġistrat Farrugia, semgħet ukoll mix-xhieda li Mupimhidzi kellu trobbija diffiċli u spiċċa orfni tga’ meta kellu biss disa’ snin u dawn wara li l-ġenituri tiegħu mietu.
Huwa kien beda jiġi fosterjat minn familja Maltija, iżda ma ntegrax ruħu sew mal-koppja, u beda jabbuża mid-droga u beda ħajja ta’ attivita’ kriminali. Mill-Qorti huwa ngħata diversi ċansijiet, li iżda huwa ma ħax u baqa’ ma rriformaxc ruħu. L-Ispettur Jesmond Micallef mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>

