Kultura

The Trumpets shall Sound

Nhar is-Sibt 15 u l-Ħadd u 16 ta’ Novembru 2014, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu ser jittella’ Kunċert bit-Trumbetti u l-Orgni. Dan il-kunċert mużikali qed isir biex jinġabru fondi għall-proġett tal-bini tal-Parkeġġ tas-Santwarju Ta’ Pinu li issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-kunċert se jieħdu sehem il-mużiċisti Għawdxin Jason Camilleri fuq it-trumbetta u Amy Rapa fuq l-orgni, waqt li magħhom fuq it-trumbetta wkoll ser jingħaqad il-mużiċist Paul Thomas mir-Renju Unit. Jindaqqu siltiet ta’ kompożituri kbar, fosthom Vivaldi, Manfredini, Albinoni, Stanley u oħrajn.
Sintendi ma tonqosx l-Ave Maria u t-tislima bit-trumbetta magħrufa bħala Last Post b’tifkira tal-benefatturi mejtin tas-Santwarju. Il-ħinijiet huma dawn: is-Sibt 15 ta’ Novembru fil-11.00am għall-benefiċċju tat-turisti li jżuru s-Santwarju, u l-Ħadd 16 ta’ Novembru fis-6.00pm. Id-dħul huwa b’xejn, waqt li donazzjoni hija ferm apprezzata.