Lokali

Tinstab il-vettura ta’ Joseph Calleja – żewġ persuni arrestati

Aġġornata:

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.

Iktar kmieni:

Wara kważi ġimgħa mitlufa, il-vettura tat-tenur Joseph Calleja llum instabet Ħal Tarxien, viċin l-Espadon Bar.

L-aħbar waslitilna wara li fl-aħħar jiem it-tenur talab l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab il-vettura Mitsubishi Pajero. L-appell tiegħu kien biex kull min għandu xi informazzjoni, jikkuntatjah fuq Facebook jew inkella jċempel lil Pulizija.

U l-appell tiegħu jidher li ma waqax fuq widnejn torox, b’numru sabiħ ta’ persuni jagħtuh l-appoġġ tagħhom fuq is-sit personali tiegħu fuq Facebook.