Raġel ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kien il-ħames persuna, u x’aktarx l-aħħar wieħed li tressaq il-Qorti inkonnessjoni mal-qabda ta’ 8.5 kilo droga kannabis f’Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel kien mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke b’assoċjazzjoni għat-traffikar ta’ droga kannabis. Huwa ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih, iżda baqa miżmum taħt arrest preventiv. L-Avukat Giannella Demarcio dehret għall-akkużat.
Aktar kmieni din il-ġimgħa b’rabta mal-istess każ tressqu żagħażugħ ta’ 16-il sena, student l-MCAST minn Ħaż-Żabbar, Kristijan Zekic, Sloven ta’32 sena, u mara ta’ 45-sena, Anna Gertrude D’Amico u ħuha Antonio ta’ 55 sena, t-tnejn minn Katanja.
L-iskwadra ta’ Kontra d-Droga kien għamlu rejd f’garaxx Ħaż-Żabbar fejn hemm sabu tmien kilos u nofs droga tal-kannabis.
//= $special ?>

