Lokali

Triq arterjali fid-dlam minħabba qtugħ fil-provista tad-dawl

Sigħat sħaħ ta’ qtugħ tal-provista tal-elettriku f’Birkirkara waslet għal konfużjoni fi Triq in-Naxxar.

Kif jidher fir-ritratt, il-vetturi kollha li ta’ kuljum jgħaddu minn din it-triq arterjali kellhom isuqu fid-dlam, bid-dwal tal-vetturi tagħhom biss biex juruhom it-triq.

Għadu mhux magħruf għaliex kien hemm din il-ħsara fil-provista tad-dawl, li nħasset ukoll f’postijiet oħrajn fiż-żona qrib il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett.