Fi stqarrija il-kumpanija Gozo Channel qalet li llum wara nofsinhar, il-vapur MV Gaudos irreġistra ħsara teknika ftit qabel ma rabat mal-moll tal-Imġarr. Fl-istqarrija l-kumpanija tgħid “li mill-ewwel analiżi jirriżulta li ntlaqtet biss parti mill-qiegħ tal-vapur mal-moll”.
Il-Kumpanija qalet li dan ma kienx vjaġġ bil-passiġġiera imma b’tagħbija kummerċjali. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Tim ta’ esperti tekniċi u marittimi bħalissa qed jagħmlu evalwazzjoni biex ikunu stabbiliti l-fatti tal-każ. Il-management tal-Gozo Channel ħabbar li l-operat u l-vjaġġi se jibqgħu għaddejjin kif skedat mingħajr inkonvenjent.
//= $special ?>