John Mary Axiaq, minn Ħaż-Żabbar, ta’ 42 sena minn Ħaż-Żabbar, u li xtaq li jirriforma ruħu, anke jekk huwa magħruf sew mal-Pulizija ġie kundannat 18-il xahar ħabs u mmultat €1,000 wara li nstab ħati ta’ traffikar ta’ droga eroina, liema reat huwa kien wettaq fl-2008.
Fir-residenza tiegħu nstabu 14-il qartas ta’ eroina vojta, u affarijiet relatata mad-droga fosthom “foil” . Fid-dar tiegħu kien hemm ħames persuni oħra., inkluż Keith Gauci u Brian Busuttil. Fix-xhieda tagħhom dawn qalu li Axiaq kien biegħlhom l-eroina.
Minbarra t-18 il xahar ħabs u multa ta’ €1,000, hija ordnat ukoll li huwa jibda programm ta’ riabilitazzjoni. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Fabian Fleri.
//= $special ?>
