Żewġ ittri mis-seklu 17 li nstabu fil-belt żgħira ta’ Urbino, fir-reġjun tal-Marche, fl-Italja, komplew isaħħu l-argument li Caravaggio miet fil-port Taljan ta’ Porto Ercole, fis-Toskana.
L-ittri għandhom id-data tat-28 u l-31 ta’ Lulju tal-1610, u fihom, id-Duka ta’ Urbino jiġi infurmat li Caravaggio, li ismu proprju kien Michelangelo Merisi (jew Amerighi) da Caravaggio, kien miet f’Porto Ercole, waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Ruma.
Il-pittur, li kien għamel żmien Malta, kien ħarab minn Ruma erba’ snin qabel ma ntbagħtu l-ittri wara li kien instab ħati ta’ qtil. Hu miet waqt li kien fi triqtu lura Ruma għaliex il-Papa kien tah il-maħfra għal qtil li kien instab ħati tiegħu.
Dettalji ġodda dwar il-mewt ta’ Caravaggio
