Lokali

Disorganizazzjoni fl-ITS

Studenti mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi qed jilmentaw li fl-aħħar ġimgħat kellhom taħwid fit-timetables tagħhom minħabba nuqqas ta’ kommunikazzjoni fost l-istaff akkademika tal-ITS. Dan wassal biex l-istudenti mid-Diploma għall-Preparazzjoni u l-Produzzjoni tal-ikel tilfu xi lectures fl-ewwel xahar tas-sena skolastika.

Anke l-lecturers ma kienux qed ikunu mgħarrfa b’xi tibdiliet fit-timetables b’xi whud ma marrux jagħtu l-lezzjoni minħabba, dak li ġie deskritt minn sorsi, sistema disorganizzata u ineffettiva.

Dan l-istazzjon irċieva lmenti kemm mill-istudenti u lecturers fuq in-nuqqas ta’ tmexxija serja u organizzata. Persuna żiedet li fl-ewwel xahar il-lecturers kien għad m’għandhomx l-lista tal-istudenti li se jkunu qed jgħallmu b’xi studenti ġodda jitfaċċaw għall-lezzjoni mingħajr pre-avviz lil lecturer.

Din il-persuna qaltilna ukoll li n-numru ta’ studenti fl-ITS qed jonqos ħafna u ddeskriviet it-tmexxija tal-ITS bħala waħda disorganizzata u ineffetiva.

Sorsi qalulna ukoll li riċentament kien hemm numru ta’ riżenji mill-ITS u kkritikaw l-istil tat-tmexxija tad-Direttur Ezekuttiv Henry Mifsud.