Il-Qorti tal-Appell f’Milan ilbieraħ bagħtet lil Emilio Fede erba’ snin u għaxar xhur ħabs wara li nstab ħati li ħeġġeġ il-prostituzzjoni, inkluż dik ta’ persuni taħt l-età. Oriġinarjament hu kien ikkundannat għal seba’ snin ħabs b’rabta mal-każ magħruf bħala Rubygate, li fih l-eks-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi kien akkużat li ħeġġeġ il-prostituzzjoni, iżda ma kienx instab ħati ta’ dawn l-akkużi.
Ma’ Fede, l-eksdirettur tat-TG4 fuq ir-Rete 4, kien hemm żewġ personalitajiet oħra li kienu kkundannati. Dawn kienu l-eksmembru tal-Kunsill tar-reġjun tal-Lombardija, Nicole Minetti, li kienet ikkundannata għal tliet snin ħabs, u Lele Mora, li kien aġent tal-personalitajiet, kien ikkundannat għal sitt snin u xahar.
Ħabs għal Emilio Fede
