Il-Guinea Ekwatorjali se torganizza l-fażi finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tal-2015. Dan wara li l-Marokk ma kienx se jorganizza l-edizzjoni kif kien oriġinarjament pjanat minħabba biża’ dwar il-marda tal-ebola. Ta min jiftakar li l-Marokk, minbarra li ġie imċaħħad milli jorganizza l-fażi finali ġie anke sospiż milli jieħu sehem. It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tibda fis-17 ta’ Jannar u tintemm fit-8 ta’ Frar. B’kollox se jkunu 16-il tim li jikkompetu fil-fażi finali u l-polza tittella’ fit-3 ta’ Diċembru.
//= $special ?>Il-Guinea Ekwitorjali se torganizza l-edizzjoni


