Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON b’rapport dwar l-aħħar żviluppi rigward l-allegat isfruttament ta’ ħaddiema Ażjatiċi fil-fabbrika Leisure Clothing. Jippubblika ukoll ir-reazzjoni tal-Ministru Helena Dalli li qed tiddefendi l-aġir tar-raġel tagħha fil-każ tal-farmhouse fiż-Żejtun.

THE MALTA INDEPENDENT jagħti prominenza lill-allegazzjonijiet serji fil-konfront tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil li se jkollu jiġi investigat fuq kunflitt ta’ interess fl-għoti ta’ tender.

Anke THE TIMES issegwi din l-istorja ta’ Luciano Busuttil, u kif wieħed mill-offerenti f’dan it-tender partikolari qed jgħid li dan huwa kunflitt ta’ interess ċar mill-avukat tal-Kunsill Laburista ta’ Bormla.

L-ORIZZONT jirrapporta kif Pjazza San Ġorġ fir-Rabat Għawdex se tiġi rinnovata.