Illejla qed tittella’ l-ewwel serata tal-Junior Eurovision Song Contest fil-bini tal-eks Shipbuilding fil-Marsa. Madankollu, waqt li kienet għaddejja t-tieni kanzunetta, inqata’ d-dawl u s-serata kellha titwaqqaf.
Il-festival dam ftit minuti mhux ħażin biex ikompli u l-organizzaturi kellhom itellgħu lill-komiku Sander Agius biex jimla’ l-ħin sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal. Is-sound ġie lura wara madwar 10 minuti, bil-madwar 4,000 persuna preżenti jitħallew fid-dlam għal ftit aktar ħin. Wara madwar 55 minuta, is-serata kompliet normali
Fost dawk preżenti hemm mijiet ta’ persuni minn pajjiżi oħrajn Ewropej, li ġew isegwu l-festival imtella’ f’pajjiżna. Interessanti l-fatt li din is-serata tiġi rrekordjata biex f’każ li tinqala’ problema teknika fis-serata Finali, jintużaw il-filmati miġbuda llejla!
//= $special ?>