Minkejja li t-trattament u l-miżuri ta’ prevenzjoni qed jitjiebu, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ ta’ policies fuq livell Ewropew qed iwasslu biex l-Ewropa qed titlef il-ġlieda kontra l-epidemija tad-Dijabete. Rapport ikkummissjonat mill-Koalizzjoni Ewropea kontra d-dijabete jagħti ħarsa lejn il-policies u l-prattiċi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-kura tad-Dijabete f’47 pajjiż differenti.
Hekk kif illum qed jitfakkar il-Jum Dinji Kontra d-Dijabete, sar magħruf li 30 pajjiż minnhom għandhom Reġistru Nazzjonali tad-Dijabete, filwaqt li 30 ukoll għandhom Pjan Nazzjonali għad-Dijabete. Madankollu, filwaqt li ħafna pajjiżi għandhom dawn il-Pjani, ftit huma dawk li jimplimentawhom b’mod effettiv, bl-uniku eċċezzjoni tkun ir-Repubblika Ċeka. Kelliema għar-Riċerkaturi tar-Rapport għamlet enfażi fuq il-prevenzjoni, hekk kif 70% tal-każi tad-Dijabete tat-tip 2 jistgħu jkunu posposti jew evitati għal kollox bi stil ta’ ħajja sana.
Matul il-karriera tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħadem bis-sħiħ biex il-ġlieda kontra d-Dijabete tkun fuq l-aġenda Ewropea meta għal diversi snin kien iċ-Chairman tal-Working Group tal-Parlament Ewropew kontra d-Dijabete. Fil-Parlament Malti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, flimkien mal-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia, kien il-promotur ta’ Working Group tal-Parlament magħmul minn 11-il Deputat miż-żewġ naħat tal-Kamra.
F’Malta hawn 30,000 persuna li jbatu minn din il-kundizzjoni, filwaqt li li eluf oħra jaf għandhom il-kundizzjoni u ma jafux.
//= $special ?>