Internazzjonali

Interċettat ajruplan Russu

Żewġ ajruplani tat-tip F-16 tal-Olanda, parti minn ronda ta’ għassa tan-NATO fil-Baħar Baltiku, interċettaw ajruplan tat-trasport militari Russu tat-tip Ilyushin.
Dan wara li qorob ħafna għall-ispazju tal-ajru tal-Estonja u l-Litwanja.
L-ajruplan kien fi spazju tal-ajru internazzjonali imma kien interċettat meta qorob iż-żejjed lejn l-ispazju tal-ajru ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi
In-NATO ħabbret li x-xahar li għadda, kien hemm aktar minn 100 każ fejn kienu interċettati ajruplani tal-gwerra Russi.