Persuni ‘mingħajr skrupli’ fl-Ewropa tal-Lvant qed jibgħatu l-eluf tal-ġriewi tar-razzez ‘designer’lejn ir-Renju Unit. Dan il-moviment ta’ klieb illegali, intant, qed iqajjem tħassib li l-marda rabies tista’ tfeġġ mill-ġdid fil-pajjiż partikolari.
Investigazzjoni sigrieta tal-entita Dogs Trust żvelat li numru ta’ veterinarji fl-Ungerija u l-Litwanja kienu lesti biex jiffalsifikaw il-passaporti meħtieġa għat-trasport tal-ġriewi. Id-dokumentazzjoni speċifika kienet irranġata biex turi li l-ġriewi inkwistjoni kienu ngħataw it-tilqim għar-rabies meta ma kienx il-każ.
Filmat li nġibed bil-mezzi sigrieti juri ‘traffikant tal-klieb’ qed ifisser kif bejn sitta u tmien ġriewi jittieħdu bil-karozza lejn ir-Renju Unit, kull ġimgħa.
Il-persuni li jrabbu l-klieb fl-Ewropa tal-Lvant qed jisfruttaw il-Pet Travel Scheme (PRTS) għat-trasportazzjoni tal-annimali domestiċi. L-iskema, sentejn ilu, għaddiet mill-bidliet biex tissodisfa l-kriterji tal-Unjoni Ewropea u b’dan jiffaċilita t-trasport tal-ġriewi lejn ir-Renju Unit.
//= $special ?>