Għada jitkomplew il-partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 u fost diversi timijiet fl-azzjoni, il-holders Spanja se jkunu qed jilagħbu kontra l-Belarus filwaqt li l-Ingilterra tilgħab kontra s-Slovenja. Spanja bħalissa qegħdin fit-tieni post bi tliet punti inqas mil-liders Slovakki. Dawn tal-aħħar jilagħbu kontra l-Maċedonja filwaqt li l-Ukrajna, li għandha wkoll sitt punti daqs Spanja, tilgħab barra minn darha kontra l-Lussemburgu. Dan hu grupp kumplikat u Spanja jridu jirbħu kontra l-Belarus u jittmaw f’telfa tas-Slovakkja biex jittamaw li jitilgħu fl-ewwel post.
It-tim ta’ Vicente Del Bosque għadu qed jirkupra mill-avventura diżastruża li kellu waqt it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil u f’dan il-grupp s’issa kisbu żewġ rebħiet u kontra kull mistenni, tilfu kontra s-Slovakkja. It-tim Spanjol hu mingħajr Xavi u Xabi Alonso li irtiraw wara t-Tazza tad-Dinja u barra minn hekk, illejla dawn iridu jgħaddu wkoll mingħajr Andreas Iniesta, David Silva, Cesc Fabregas, Diego Costa u Dani Carvajal. Dan ifisser li fil-midfield mistenni jibda Koke ta’ Atletico Madrid filwaqt li fl-attakk se jkun nieqes ukoll Fernando Torres ta’ Milan li bħal Costa tħalla barra. Diego Costa kien mgħajjat biex jilgħab fiż-żewġ partiti preċedenti fil-grupp u kienet qamet kontroversja bejn il-kowċ Del Bosque u l-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho li ilmenta li l-eks plejer ta’ Atletico ma kienx f’kundizzjoni tajba biex jilgħab. Jidher li Del Bosque din din id-darba sema’ l-appell ta’ Mourinho u ma għajjatlux. Il-midfielder Fabregas irtira mill-iskwadra minħabba injury.
Bla dubju li għal Belarus se tkun diffiċli li dawn jiksbu l-ewwel rebħa barra minn darhom kontra l-qawwa Spanjola. Imexxi t-tim se jkun hemm Andrey Zygmantovich li qed imexxi lit-tim b’mod temporarju wara li l-kowċ Georgy Kondratyev irreżenja mill-kariga.
Ta min jiftakar li wara li Spanja tilgħab kontra l-Belarus, ġimgħa oħra tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra ċ-champions tad-dinja l-Ġermanja.
Fil-partiti l-oħra mill-istess grupp l-Ukrajn se tkun qed tfittex it-tielet rebħa fil-grupp meta tilgħab kontra l-Lussemburgu, im li s’issa ħa biss punt. Is-Slovakkja mhux mistennija tfalli kontra l-Maċedonja.
//= $special ?>

