Futbol Sport

Kampjonat U-19: telfa għal Malta

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena sofra telfa minima ta’ 1-0 f’Dublin kontra l-Irlanda fl-ewwel logħba minn Grupp 6 tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej.

Il-gowl tal-avversarji tal-Maltin wasal fis-17-il minuta u kien skurjat minn Eoghan Stokes fis-17-il minuta. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp l-Iżvizzera rebħet 8-0 kontra Ġibiltà.

It-tim Malti issa jmissu jilgħab illum kontra l-Iżvizzera fit-3 p.m. u jagħlaq il-grupp b’logħba kontra Ġibiltà nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fis-2 p.m.

Formazzjonijiet:
Irlanda – Liam Bossin, Noe Baba, Bobby Moseley, Fiacre Kelleher, Kevin Toner, Connor Dimaio, Reece Grego-Cox, Henry Charsley, Ryan Manning (83′ Jamie McGrath), Eoghan Stokes, Joel Coustrain
Malta – Philip Schranz, James Brincat, Karl Micallef, Kurt Zammit (72′ Axl Xuereb), Jake Grech, Jurgen Degabriele (80′ Aidan Friggieri), Joseph Mbong, Nick Ghio, Jean Borg, Matthew Guillaumier (90′ Zachary Scerri), Conor Borg

Referee – Radu Petrescu (Rom)