AĠĠORNAMENT (2)
Diversi residenti fin-Naxxar qattgħu l-lejl li għadda mingħajr provvista tal-eletriku. Minn informazzjoni li għandna, id-dawl inqata’ għall-ħabta tad-9pm u baqa’ maqtugħ sal-5am.
Dan is-sit hu nfurmat li anke f’San Ġiljan kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl.
AKTAR KMIENI
Sigħat sħaħ ta’ qtugħ fil-provista tal-elettriku f’Birkirkara waslet għal konfużjoni fi Triq in-Naxxar.
Kif jidher fir-ritratt, il-vetturi kollha li ta’ kuljum jgħaddu minn din it-triq arterjali kellhom isuqu fid-dlam, bid-dwal tal-vetturi tagħhom biss biex juruhom it-triq.
//= $special ?>