Qorti

Raġel se jitressaq il-Qorti b’rabta mas-serqa tal-karozza ta’ Joseph Calleja

Il-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti raġel akkużat b’rabta mas-serqa tal-karozza tat-tenur Malti Joseph Calleja. MaltaRightNow.com jinsab infurmat li r-raġel mistenni jitressaq fis-sigħat li ġejjin. Ir-raġel li se jitressaq hu wieħed mit-tnejn li ġew arrestati lbieraħ filgħaxija, mas-sejba tal-vettura tat-tip Mitsubishi Pajero.

Il-karozza ta’ Joseph Calleja nstabet ilbieraħ wara kważi ġimgħa rrappurtata nieqsa mit-tenur Malti stess fuq Facebook. Hi nstabet f’Ħal Tarxien, viċin l-Espadon Bar. Fil-jiem li għaddew, Calleja talab l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab il-vettura, fost oħrajn billi jikkuntattja lill-Pulizija jew jagħmel kuntatt miegħu stess fuq Facebook.