Tifel ta’ sentejn miet wara li daħal f’maqjel, kien attakkat u eventwalment ittiekel parzjalment minn ħanżir. It-tifel, Wei Tsao, kien qed jilgħab fil-ġnien tad-dar fejn joqgħod f’Jiangsu u hekk kif il-ġenituri daħlu ftit fid-dar biex iġibu xi ħaġa, daħal ħdejn il-ħanżira li nzertat kellha ż-żgħar.
Jidher li kien proprju minħabba li kien hemm iż-żgħar li l-ħanżira attakkat lit-tarbija għax qisitha bħala theddida. Hekk kif il-ġenituri semgħu t-twerżiq tat-tifel, huma ġrew barra iżda kien tard wisq għax il-ħanżira kienet laħqet germet ras it-tifel.
Anke xi ġirien marru jagħtu l-għajnuna u rnexxielhom jorbtu lill-ħanżir u qatluh biex joħorġu l-bċejjeċ tat-tifel ħalli jagħtuhom lill-Pulizija għall-investigazzjonijiet.
//= $special ?>