Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Vella ħabbar l-iskwadra finali għal logħba ta’ ħbiberija kontra l-Ażerbaijan, liema logħba se tintlagħab nhar is-16 ta’ Novembru fil-grawnd ta’ Kordin fit-3pm. It-tim Malti din is-sena sofra żewġ telfiet fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, waħda kontra l-Iżvezja u l-oħra kontra t-Turkija.
L-iskwadra ta’ 18-il plejer hi:
Gowlkipers: Jurgen Borg, Yenz Cini;
Difensuri: Samir Arab, Cain Attard, Emmanuel Briffa, Ryan Gilmour Cassar, Michael Johnson,
Midfielders: Terence Agius, Johann Bezzina, Antoine Borg, Ryan Camenzuli, Kyle Cesare, Llewelyn Cremona, Brandon Muscat,Kurt Zammit, Daniel Zerafa;
Attakkanti: Luke Montebello, Ryan Spiteri.


