Lokali

​​Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Lino Spiteri

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-eks Ministru Lino Spiteri u jirringrazzjah tal-kontribut tiegħu fl-isfera politika Maltija.

Lino Spiteri żgur li jibqa’ mfakkar għal snin twal iservi fil-Parlament Malti jirrapreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi.

L-eks Ministru baqa’ jagħti l-kontribut lis-socjetà Maltija b’kitba fuq temi varji, fosthom anke l-politika. Speċjalizzat fis-settur ekonomiku, Spiteri serva wkoll bħala Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja Spiteri f’dan il-mument diffiċli.