Lokali

Jitħabbru dettalji dwar postijiet fl-iskejjel tal-Knisja 2015-2016

Il-Kurja ħabbret li għas-sena skolastika 2015-2016 se jkun hemm 1.548 postijiet vakanti.

L-applikazzjonijiet se jsiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar.
Min se japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtela dakinhar stess.

Il-kurja qalet li lista tad-dokumenti meħtieġa u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-regolamenti.

Il-Kurja qalet li l-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.

In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika 2015-2016 kif jidhru fit-tabella t’hawn fuq.

Mit-total ta’ 1,548, xi postijiet se jingħataw lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet serji li għalihom hemm regolamenti speċifiċi.