Sport

Djokovic jerġa’ fil-finali

TENNIS: Novak Djokovic għeleb lill-Ġappuniż Kei Nishikori fi tliet sets biex reġa’ għadda għall-final tal-ATP World Tour Finals.

In-numru 1 fid-dinja li qed ifittex it-tielet titlu konsekuttiv fit-turnament tal-aħħar tal-istaġun, ħareġ rebbieħ 6-1, 3-6, 6-0 fl-O2 Arena.

Djokovic irkupra l-forma b’mod brillanti wara li li reaġixxa pjuttost ikrah meta l-folla preżenti applawdietu wara li kkommetta double fault fit-tieni set.

Fil-final tal-lum is-Serb issa jilgħab kontra l-Iżvizzeru Roger Federer jew Stan Wawrinka li kellhom jiltaqgħu ilbieraħ fit-tieni semifinali.