Internazzjonali

Filmat: Johnny Depp fis-sakra għall-Hollywood Film Awards

L-attur ta’ Hollywood Johnny Depp ippreżenta ruħu fis-sakra, beda jħawwad fil-kliem u deher ibagħti biex jibqa’ fuq saqajh waqt il-Hollywood Film Awards f’Los Angeles.

Depp kien fuq l-istage biex jippreżenta unur tal-aqwa dokumentarju lid-dokumentarju Supermensch: the Legend of Shep Gordon.

“Dan hu l-iktar mikrofonu stramb li rajt f’ħajti,” qal Depp qabel infexx jidħaq. U filwaqt li kompla li mhux tajjeb għal dawn l-affarijiet, żellaq ukoll xi żewġ kelmiet baxxi li ġew iċċensurati waqt it-trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni.