Kull min għandu negozju fil-qasam tal-ikel u tal-ospitalita’ jagħmel minn kollox biex jiġġenera reputazzjoni tajba dwar is-servizzi u l-prodotti li joffri.
Tip ta’ ħidma li tista’ tisarraf f’riċetta tajba għas-success tan-negozju li jħalli anke l-klijenti sodisfatti!
U f’dan is-settur hemm il-kompetitivita’ u allura meta wieħed jilħaq l-għanijiet iħoss ċertu sodisfazzjon u anke sens ta’ rigrazzjament għal min wera’ fiducja f’dak li toffri.
Il-kumpanija db Seabank Resort and Spa irnexxiela tagħmel dan hekk kif ftit tal-jiem ilu d-diretturi ġew infurmati li fuq livell Ewropew kisbu t-tmien post fuq is-sit elettroniku Trip Advisor fejn jidħol is-servizz ta’ ‘All Inclusive Hotel’.
It-tmexxija ta’ din il-kumpanija rringrazzjat anke lill-ħaddiema tagħha talli emmnu fl-istrateġija tal-amministrazzjoni biex il-lukanda tibqa’ tagħmel suċċess.
Ara l-filmat bil-kummenti ta’ Stephen Gatt, Executive Chef ta’ db Seabank Resort and Spa All Inclusive.
//= $special ?>