Lokali Qorti

Ħelsien mill-arrest għar-raġel li seraq il-vettura ta’ Joseph Calleja

Justin Caruana ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li s-Sibt filgħodu tressaq il-Qorti b’rabta mas-serq ta’ vettura tat-tip Pajera.

Il-vettura hija tat-tenur Malti Joseph Calleja.

Ir-raġel, li għandu 26 sena u mill-Fgura, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €400 u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-karozza nstabet il-Ħamis wara kważi ġimgħa rrapurtata nieqsa mit-tenur Malti stess fuq Facebook.

Hi nstabet f’Ħal Tarxien, viċin l-Espandon Bar, anke wara li Joseph Calleja stess talab l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab il-vettura.