Internazzjonali

Il-President Alġerin jiddaħħal l-isptar fi Franza

Il-President Alġerin Abdelaziz Bouteflika ddaħħal ġo sptar fi Franza wara problemi b’saħħtu.

Il-President Alġerin, li ilu fil-poter mill-1999, kien sofra minn attakk ta’ puplesija s-sena li għaddiet.

Hu jidher li qed jingħata l-kura ġewwa Grenoble, madanakollu għad m’hemmx konferma uffiċjali jew dettalji dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.