Roberto Mancini kien preżentat uffiċjalment bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Inter minflok Walter Mazzarri hekk kif se jkun qed imexxi lil Inter għat-tieni darba fil-karriera tiegħu. Huwa ffirma kuntratt sal-2017.
Mancini għamel kważi erba’ staġuni ma’ Inter qabel tilef postu fl-2008. Imma matul dan il-perjodu rebaħ tliet darbiet konsekuttivi s-Serie A u darbtejn il-Coppa Italia.
“Kuntent li qed nirritorna ma’ klabb li nikkunsidrah id-dar tiegħi għaliex Inter u l-partitarji tagħhom dejjem baqgħu f’qalbi. Irrid ngħid iżda li qatt ma stennejt li se nirritorna” qal Mancini li l-ewwel impenn tiegħu se jkun propju d-derby kontra Milan il-ġimgħa d-dieħla.
//= $special ?>