Is-Sorijiet Agostinjani, magħrufa bħala s-Sorijiet ta’ Santa Monika lbieraħ kienu fost l-4,000 persuna preżenti għall-Junior Eurovision. Is-Sorijiet għamlu serata sħiħa joħolqu l-brijju u jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Federica.
Is-Sorijiet kienu l-aktar strumentali fil-mument li fil-Malta Shipbuilding nqata d-dawl, fejn minkejja kollox baqgħu joħolqu l-brijju fis-sala u jagħtu s-support tagħhom lil Federica u l-organizzaturi biex il-problema tissolva mill-aktar fis. Naturalment it-talb f’dan il-mument ma naqas.
Waħda mis-sorijiet, Sister Vania qaltilna li għalihom il-Junior Eurovision kienet esperjenza “maġika” qalulna li minkejja li nqata d-dawl kien hemm organizazzjoni tajba ħafna.
Is-Sorijiet ta’ Santa Monika din il-ġimgħa kellhom ix-xorti jilqgħu lil kantanta tal-Georgia fl-iskola tagħhom. Segwi l-filmat.
Illejla fil-Marsa Shipbuilding se ssir is-serata finali tal-Junior Eurovision li se tixxandar live madwar id-dinja kollha.
//= $special ?>