Ewropa Internazzjonali

Jisirqu karrozza b’tarbija

Kien hemm mumenti ta’ paniku f’Vedelago fil-provinċja ta’ Treviso fl-Italja. Dan wara li raġel seraq karrozza tat-tip Volkswagen Touran ta’ omm. Fil-karrozza kien hemm tarbija ta’ xahrejn. Dan hekk l-omm ħarġet għal ftit mill-karrozza.
Il-ġrajja ntemmet wara madwar siegħa wara li l-karrozza nstabet ħames kilometri mill-post fejn insterqet bit-tarbija ġewwa qawwija u sħiħa.
Probabbilment, il-ħalliel induna bit-tarbija u abbanduna l-karrozza. Infatti hu mar fuq dar, ċempel il-qanpiena u ħarab ma’ kompliċi.