L-Għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar ressqet Mandat ta’ Inibizzjoni kontra l-MEPA, f’attentat sabiex jiġi evitat l-qtugħ ta’ siġar li jinsabu fir-Rabat Għawdex, eżattament fit-Tokk. Dan huwa proġett ta’ tisbiħ finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet Astrid Vella f’isem l-għaqda Flimkien Għall-Ambjent Aħjar, spjegat ukoll kif l-għaqda saħansitra tista’ tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
L-eks Direttur tal-MEPA Alfred Baldacchino, li wkoll kien preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet, irrimarka kif fil-manifest elettorali tiegħu il-Partit Laburista kien wiegħed li jipproteġi s-siġar kollha anki dawk f’żoni abittabli. Wissa li jekk il-MEPA kellha taċċetta li jinqalgħu s-siġar, ikun ifisser li l-Gvern tilef il-viżjoni tiegħu għall-ambjent.
Astrid Vella qalet li huwa inaċċettabbli li proġett b’fondi Ewropej jintużaw sabiex jinqalgħu minn posthom siġar li għandhom ‘il fuq minn 50 sena.
Fid-dawl ta’ dan hija semmiet kif l-għaqda se ġġib f’pajjiżna espert mir-Renju Unit sabiex jagħti l-opinjoni tieghu.
//= $special ?>