L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia fi stqarrijs esprima s-sobgħa tiegħu għall-mewt ta’ Lino Spiteri li kien elett u serva f’diversi karigi fl-ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż bejn l-1962-66 u bejn l-1981-98.
Fost dawn il-karigi wieħed jista’ jsemmi dik tal-ewwel Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, Membru tal-Malta-EU Joint Parliamentary Committee kif ukoll ta’ Ministru għall-Finanzi.
L-Ispeaker Farrugia qal li jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-membri tal-familja tas-Sur Spiteri.
//= $special ?>