Edukazzjoni Lokali

Ritratti u filmat: L-SDM tirbaħ ir-rappreżentanza sħiħa tal-Junior College

Ċelebrazzjonijiet barra l-Junior College hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva l-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM) rebħu l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College u eleġġew il-kandidati kollha tagħhom, sebgħa.

L-SDM kisbu 959 vot kontra s-679 tal-Pulse. Kien hemm 321 vot imħallat, filwaqt li 35 vot kienu dubjużi.

B’hekk matul din is-sena il-KSJC se jkun iffurmat kif ġej:
President: Jake Scerri
KPS: Sean Ellul
Segretarju Ġenerali: Mauro Karl Sultana
Uffiċjal Finanzjarju: Amy Zahra
PRO: Keith Grima
KE: Elonia Aquilina
KKD: Luana Vella

sdm

Aktar kmieni: F’dawn il-ħinijiet, fil-Junior College qed isir l-għadd tal-voti tal-elezzjoni għall-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) bejn l-għaqdiet studenteski Studenti Demokristjani Maltin (SDM) u Pulse.

Fl-elezzjoni ta’ din is-sena, ir-rappreżentanti tal-istudenti f’isem l-SDM kienu Keith Grima, Amy Zahra, Jake Scerri, Mauro Karl Sultana, Luana Vella, Elonia Vella u Sean Ellul bit-tema tal-kampanja tkun ‘Make it Happen’.

Min-naħa l-oħra, il-kandidati tal-għaqda Soċjalista Pulse kienu Jillian Spiteri, Karl Azzopardi, Kevin Caruana, Centiane Caruana, Glenn Schembri, Chris Bartolo u Bierhoff Pisani.

SDM wins KSJC 3 141114