Matul tmiem din il-ġimgħa il-‘Malta Model Aircraft Flying Association’ nediet attivita’ bl-għan li l-flus li jinġabru mid-dħul jingħataw b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Matul il-ġurnata tas-Sibt dan is-sit żar din l-attivita’ ġewwa Ta’ Qali fejn spikkaw esebizzjonijiet ta’ diversi mudelli statiċi fosthom jets, sports aerobatic u Cessna 182 u ħadna l-kummenti tal-President ta’ din l-Assoċjazzjoni dwar din l-inizjattiva.
Aktar kmieni s-Sibt waranofsinhar, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret din l-attivita’ li tibqa’ għaddeja anki matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Ritratt: Roberto Runza
//= $special ?>