Il-President Amerikana Barack Obama wissa li fir-reġjun Asjatiku hemm periklu kbir li jiżbroffa kunflitt.
Dan hekk kif iċ-Ċina qed tkompli tisfida lil diversi pajjiżi li magħhom għandha tilwim territorjali. Imma hu insista li l-Istati Uniti se tibqa’ preżenti fir-reġjun u spalla ma’ spalla mal-alleati tagħha.
Hu qal dan f’diskors fl-University of Queensland f’Brisbane fejn mar għas-summit tal-G20.
Hu qal li r-reġjun Asjatiku ra żvilupp kbir imma kien hemm perikli li setgħu jħarbtu dan kollu u fost dawn kien hemm l-aġir tal-Korea ta’ Fuq kif ukoll it-tilwim territorjali.
Iċ-Ċina bħalissa tinsab f’tilwim territorjali ma’ ħames pajjiżi fir-reġjun.
Obama tenna dak li qal lill-President Ċiniż Xi Jinping, li l-Istati Uniti ma kellha xejn kontra li ċ-Ċina tkompli tiżviluppa sakemm dan isir b’mod paċifiku u l-pajjiż ikun responsabbli fuq ix-xena internazzjonali.