Internazzjonali

Tieqaf missjoni ta’ vettura spazjali għax tmut il-batterija

Wara vjaġġ ta’ għaxar snin, il-missjoni tal-vettura spazjali ‘Philae’ ntemmet wara ftit siegħat. Dan wara li din niżlet f’post ħażin fid-dell u l-batteriji solari ma setgħux jieħdu l-enerġija meħtieġa.

Dan bil-konsegwenza li ntfiet wara ftit siegħat. Imma minkejja dan l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) użat kemm felħet l-enerġija li kien hemm biex twettaq ir-riċerka li setgħet hemm bżonn fuq il-kometa 67P u nkiseb dak kollu mistenni mill-‘Philae’.