Lokali

Tkompli l-mewġa ta’ serq ta’ karozzi

Fl-aħħar jiem f’pajjiżna għaddejja mewġa ma taqta’ xejn ta’ serq ta’ karozzi, bl-iktar waħda li spikkat u li qajmet kuxjenza fuq din il-problema tkun is-serqa tal-karozza tat-tip Mitsubishi Pajero tat-tenur Malti Joseph Calleja.

calleja

Din il-karozza nstabet f’garaxx f’Ħal Tarxien u b’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati żewġ persuni.

Lejliet is-sejba tal-karozza ta’ Calleja, insterqet ukoll Daihatsu Sirion minn Ħ’Attard. Il-karozza kienet ipparkjata wara grada ta’ familja u meta nstabet ftit jiem wara sar magħruf li din il-karozza kienet intużat f’serqa f’Raħal Ġdid.

Daihatsu Sirion

Għadha mitlufa wkoll karozza tal-kiri tat-tip Ford Fiesta griża li sparixxiet mill-car park tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar il-Ħamis li għadda. Il-vettura, b’numru ta’ reġistrazzjoni DQZ 721 hi propjeta’ ta’ Percius Car Hire.

FOrdd