Turista Ingliża li tinsab f’pajjiżna biex iżżur xi qraba tagħha weġġgħet saqajha wara li sfat vittma ta’ serqa f’San Pawl il-Baħar. Hi qed issofri wkoll minn xokk kawża tal-qatgħa li ħadet.
Mill-ewwel informazzjoni li għandna jidher li t-turista sofriet biss ġrieħi ħfief madankollu nsterqilha handbag li fih kellha flus, passaport, mowbajl, ċwievet u karti tal-isptar.
Is-serqa seħħet fi Triq iż-Żernieq meta l-anzjana, li kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha, kienet aggredita minn raġel liebes hoodie abjad. Wara li akkwista dak li ried, ir-raġel ħarab minn fuq il-post.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-pulizija li qed jinvestigaw. Fuq Facebook is-Sindku tal-lokal appella lin-nies biex ikunu fuq allert u jirraportaw lill-pulizija jekk jaraw xi azzjoni jew persuni suspettużi. Fisser kif dan hu t-tieni każ t’assalt fi żmien qasir.
//= $special ?>