Sport

Vantaġġ tajjeb għal Ogier

RALLY: Sebastien Ogier tal-Volkswagen jinsab fl-ewwel post fl-aħħar rally tal-istaġun f’Wales b’vantaġġ ta’ aktar minn minuta wara t-tappi tas-Sibt hekk kif sieħbu u l-eqreb rivali tiegħu Jari Matti Latvala għamel żball fl-ewwel fażi tat-tellieqa.

Ogier u Latvala kellhom ġurnata tajba l-Ġimgħa fejn tal-ewwel spiċċa b’6.6 sekondi vantaġġ.
Madankollu t-tamiet ta’ Latvala ntemmu meta żbalja u weħel f’gandott bil-Finlandiż jitlef aktar minn tliet minuti u jinżel fl-għaxar post.

B’hekk Ogier kabbar il-vantaġġ u issa kulma jrid hu li jtemm bil-kalma l-aħħar tappi għat-tmien rebħa tal-istaġun u t-tieni waħda konsekuttiva fir-Renju Unit.

Fit-tieni post issa hemm Mikko Hirvonen fuq Ford Fiesta li qed jissielet għat-tieni post b’vantaġġ minimu fuq Mads Ostberg u Kris Meeke.