Erba’ persuni mietu wara li valangi tat-tajn ħakmu d-djar tagħhom fil-fruntiera bejn l-Italja u l-Iżvizzera matul il-lejl li għadda. Persuna oħra ġiet rappurtata nieqsa qrib il-belt ta’ Genoa wara jiem ta’ xita qalila u għargħar.
Maltempati kbar f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat esponew l-istat fraġli tal-infrastruttura f’diversi partijiet tal-Italja, fejn pjanar fqir u bini illegali madwar il-pajjiż żiedu l-perikli li jinħolqu mill-għargħar.
Xita qalila matul dawn l-aħħar ġimgħat ikkawżat kaos sħiħ f’ħafna zoni fl-Italja, tant li żviluppat għargħar f’ħafna toroq u ħolqot danni kbar li jammontaw f’miljuni ta’ ewro.
//= $special ?>