Internazzjonali

Filmat: Father Christmas jisraq uffiċċju tal-posta fl-Awstralja

F’Melbourne, l-Awstralja, raġel liebes ta’ Father Christmas daħal f’uffiċċju tal-posta, seraq kemm felaħ flus qabel tefa’ kollox fil-barżakka tiegħu u ħarab minn fuq il-post b’karozza misruqa.

Ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa li saret f’ħin li l-uffiċċju kien miftuħ għall-pubbliku. Madankollu żewġ ħaddiema tal-posta li kienu fl-uffiċċju baqgħu xxukkjati b’dak li ġara.

L-uffiċjal li qed jinvestiga l-każ kien irrapurtat li qal lil stazzjon tal-aħbarijiet lokali li għall-ewwel il-ħaddiema ħasbu li dan ir-raġel daħal biex iqassam xi ħelu f’dan iż-żmien meta kulħadd ikun qed jipprepara għall-festi.